Waqt il-maratona hopeXchange li saret matul il-jum tal-Ħadd b’risq persuni li jgħixu fil-Ghana nġabru iktar minn €193,000.
Il-flus li nġabru se jkunu qed imorru b’risq l-isptar u l-iskola Maltin li nfetħu f’Kumasi, fil-Ghana. Il-maratona damet 12-il siegħa, li bdiet fil-11am u baqgħet għaddejja sal-11pm.
Matul il-maratona, diversi voluntiera qasmu l-esperjenza tagħhom ta’ meta marru l-Ghana f’Novembru li għadda sabiex jaraw ix-xogħol li kien qiegħed isir fl-isptar u fl-iskola.
Kelliema oħrajn ukoll iddiskutu l-esperjenzi tagħhom fil-volontarjat f’diversi pajjiżi oħrajn sabiex juru l-impatt tax-xogħol volontarjat.
Waqt il-maratona intwerew ukoll filmat dirett ta’ persuna twelled mill-isptar fil-Ghana.