F’Budapest, id-disa’ ġurnata ta’ kompetizzjoni ġabet fi tmiem il-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika 2023.
Yaroslava Mahuchikh fi tmiem emozzjonali lill-Kampjonati Dinji tal-Atletika, kisbet l-ewwel midalja tad-deheb għall-Ukrajna meta rebħet fil-high jump tan-nisa bi 2.01 metri Jakob Ingebrigtsen tan-Norveġja ma ddiżappuntax meta wera karattru enormi biex żamm it-titlu tiegħu fid-distanza tal-5000m.
Huwa rebaħ fi 13-il minuta 11.30 sekondi b’distakk ta’ 14-il sekonda fuq Mohamed Katir ta’ Spanja. Fit-tielet post Jacob Krop tal-Kenja. Femke Bol ipproduċiet sprint mill-aqwa fl-aħħar frazzjoni għall-Olanda fir-relay tan-nisa 4x400m biex rebħet it-tieni midalja tad-deheb tagħha. Olanda rebħet fi 3 minuti 20.72 sekondi qabel Jamaica u Renju Unit.
L-Istati Uniti għalqu l-kampjonati tagħhom bir-rebħ tar-relay tal-irġiel 4x400m f’2 minuti u 57.31 sekondi qabel Franza u Renju Unit.
//= $special ?>