Deskritt minn bosta bħala “belt fantażma”.
Bis-sitwazzjoni tal-Crafts Village f’Ta Qali issa spiċċat anke fil-ġurnali. U kif jixhdu dawn il-filmat, il-post…kważi bla ħajja ta’ xejn.
Din l-attrazzjoni, li kienet mistennija li tgħaddi minn trasformazzjoni grazzi għal investiment ta’ bosta miljuni ta’ ewro, kellha titlesta sal-aħħar tas-sena 2017 – iżda sal-llum – sitt snin wara – tħalliet nofs leħja.
Dan għaliex, għalkemm l-infrastruttura tlestiet, 16-il plot fil-Crafts Village Ta’ Qali għadhom qed jinbnew.
Lura f’Marzu tas-sena tal-2019, il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona kien inawgura uffiċjalment il-Crafts Village f’Ta Qali wara li fis-sena 2018 kien inbeda ix-xogħol ta’ rinnovament grazzi għal fondi tal-Unjoni Ewropea.
Il-Gvern tal-Labour kien wiegħed ukoll li dan il-villagg kellu jibda jiffunzjona fl-2021.
Iżda minkejja dan, wara ħafna wegħdiet fieragħ, jidher li l-bejjiegħa ta’ dan il-villaġġ artiġjanali qed ibatu l-konsegwenzi ta’ diversi nuqqasijiet li għad hemm fiz-zona, hekk kif dawn in-negozjanti qed jgħidu li l-villaġġ għadu mhux jiffunzjona kif suppost…. b’ħafna bini tħalla nofs xogħol.
Dan apparti li t-turisti li jiffrekwentaw dan il-post, sabuha diffiċli jgħidu jekk il-ħwienet humiex miftuħin jew le – bit-toroq spiċċaw abbandunati, bankini mdawra b’barrikati u numru ta’ binjiet li tħallew mhux lesti.
Net News tkellem ma diversi bejjiegħa u turisti illi qalu li din is-sitwazzjoni hija tal-mistħija u li jeħtieġ li jsir sforz kollettiv sabiex dan il-villaġġ jibda’ jiffunzjona kif suppost.
//= $special ?>