Dan is-sajf, ħafna spiċċaw jitkellmu fuq l-invażjoni ta’ ġrieden f’diversi lokalitajiet – sitwazzjoni li qed tħalli ħerba b’mod sepċjali fl-għelieqi, bil-bdiewa qed jispiċċaw jitilfu l-profitti billi jarmu l-prodotti tal-ikel.
Net News tkellem ma’ Malcom Borg, il-President tal-Għaqda Bdiewa Attivi illi spjegalna kif din il-problema bdiet hekk kif l-kontrolli tal-firien li kienu jsiru mid- Direttorat tas-Saħħa Ambjentali waqfu ħesrem, b’riżultat illi il-pajpijiet tal-ilma qed jispiċċaw imqattgħin, prodotti fir-raba’ mikulin u kwalunkwe kontroll min-naħa tal-bdiewa spiċċa jsir għalxejn minħabba l-popolazzjoni esaġerata ta’ dawn il-firien.
Malcolm Borg spjegalna li l-Għaqda qed tirċievi diversi ilmenti minn bdiewa li jinsabu frustrati minħabba l-invazjoni tal-firien. Dan peress li l-popolazzjoni tal-firien tant kibret li kull kontroll kontra dawn il-ġrieden qed jirriżulta fix-xejn.
Malcolm Borg żied jgħid li ż-żieda fl-għelieqi abbandunati kompliet tgħin fil-popolazzjoni tal-firien bla kontroll. Dan għaliex meta, fis-sajf, l-għalqa li jgħixu fiha tinxef kompletament, iduru għal għelieqi oħra.
Il-President tal-Għaqda Bdiewa Attivi sostna li l-problema tal-invazjoni tal-firien tinsab kullimkien, inkluż f’partijiet rurali f’Ħaż-Żabbar, Marsascala, Qrendi, Gudja, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi. Ħ’Attard, ir-Rabat, l-Mġarr, Burmarrad, il-Mosta u diversi tal-Mellieħa, u fil-Manikata. Għaldaqstant, huwa insista li l-kontrolli tal-firien li kienu jsiru mid-Direttorat tas-saħħa ambjentali fil-passat għandhom jerġgħu jibdew illum qabel għada, għaliex il-ħsara li qegħdha ssir fil-prodott Malti hija inkwetanti u ser tħalli riperkussjonijiet devastanti
//= $special ?>