Lokali

Leak ta’ dokument sensittiv direttament mill-Kabinett

Jumejn wara leaks mill-kabinett Robert Abela jibqa’ fis-silenzju

Għall-ewwel darba fl-istorja ġie żvelat fil-pubbliku kontenut sensittiv li ġie preżentat waqt laqgħa tal-Kabinett – kontenut li jkun biss għand Ministri, Segretarji Parlamentari u pesuni qrib ta’ Robert Abela. Dan ifisser li issa huwa konfermat li Abela għandu leak qawwi mill-Kabinett tiegħu stess.

Dawn il-‘Memos’ tal-Kabinett żvelati mill-Avukat Jason Azzopardi uerew iswed fuq l-abjad li Robert Abela u sħabu kienu ippreżentati b’regolamenti ġodda għal-liċenzjar tal-kuntratturi lura f’Diċembru tal-2021.

Dan ifisser li sena qabel ma’ ż-żagħżugħ Jean Paul Sofia tilef ħajtu taħt it-tiġrif ta’ 4 sulari bini f’Kordin…u 18-il xahar qabel ma’ dawn ir-regolamenti daħlu fis-seħħ….il-Gvern ta’ Abela u l-Ministeru ta’ Stefan Zrinzo Azzopardi kellhom kollox pjanat għar-riforma. Iżda l-Gvern raqad fuqha.

Ir-regoli kienu proprju bdew jitfasslu wara l-mewt ta’ Miriam Pace – il-mara li mietet fil-ħemda tar-residenza tagħha b’ħajitha maħtufa kawża ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni biswitha.

Jidher li l-Ministru Ian Borg flimkien mas-Segretarju Parlamentari, illum backbencher, Chris Agius kienu ħadmu fuq dawn ir-regolamenti. Sussegwentament ta sehemu wkoll il-Ministru Aaron Farrugia wara reshuffle minnhom, fejn malli tlesta x-xogħol  fuq dawn iż-żewġ abbozzi,  ċioè tal-liċenzjar tal-kuntratturi u l-ieħor ta’ twaqqif ta’ rekwiżiti u ħiliet għal kull min jaħdem fis-settur, ġew ippreżentati lill-Kabinett.

Dan kollu jfisser li t-tkaxkir tas-saqajn tal-Gvern ta’ Abela wassal biex poġġa f’riskju saħħet iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, u agħar minn hekk matul is-sena telf ta’ ħin …bix-xogħol ppreżentat quddiemu, laħaq tilef ħajtu f’sit ta’ kostruzzjoni żagħżugħ Malti.

Intant, dan il-leak ikompli jixkef u juri l-qasma li hemm fi ħdan il-Kabinett ta’ Robert Abela – u jikkonferma d-djgħufija tal-awtorità li għandu l-Mexxej Laburista.

Dan fid-dawl li Robert Abela ilu ġimgħat twal ma jissotometti lilu nnifsu għad-domandi tal-ġurnalisti għajr għall-intervisti tas-Super One.