Fil-ġranet li ġejjin, it-temperaturi se jkunu qed jinżlu taħt it-30 grad celcius filwaqt li f’xi jiem huwa imbassar ukoll li jagħmlu ħalbiet tax-xita.
Fil-fatt, matul din il-ġimgħa l-għola temperatura se tkun 30 grad celcius, filwaqt li l-Ħamis se titla’ 28 grad. Dakinhar, l-Uffiċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassar li l-jum se jkun ikkaratterizzat minn sigħat ta’ xita.
Il-bqija tal-ġranet mistennija li jkunu ftit jew wisq bis-sħab. Dan filwaqt li l-inqas temperatura se tkun qed tinżel għal 22 grad celcius.
Is-saħħa tar-rih mhux se tkun daqstant qawwija wara t-Tlieta, tant li mhix mistennija li tkun aktar minn forza 4.
Il-bidla fit-temp – hekk kif resqin lejn ix-xahar ta’ settembru – qed tinħass fir-reġjun kollu tal-Mediterran.
Dan filwaqt li pajjiżi Ewropej diġa’ ntlaqtu minn maltempati kbar.
Fil-fatt, il-ġimgħa l-oħra, il-grigal ta’ Spanja u zoni fiċ-ċentru tal-Ewropa ntlaqtu minn maltemp estrem, bl-Awstrija esperjenzat silġ li kien kbir kważi 9 ċentimentru.
L-Italja, il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka wkoll raw mumenti b’riħ qawwi, silġ u għargħar.
Is-sit ilmeteo.it qed iwissi li ċ-ċiklun bl-isem ta’ Poppea, li issa qed ikun meqjus bħala Medicane, kapaċi jagħmel ħafna ħsara f’diversi zoni fl-Ewropa, fosthom l-Italja.
//= $special ?>