Internazzjonali

Nies feruti wara li cruise liner kien involut f’inċident f’Mallorca 

Diversi persuni sofrew grieħi ħfief wara inċident kawża tal-maltemp li kien jinvolvi cruise liner P&O qrib Mallorca.

Il-cruise liner, Britannia, li kien qed iġorr bosta passiġġieri, ħabat ma’ bastiment tal-merkanzija fost maltempati qawwija l-Ħadd filgħodu. 

Filmati minn passiġġier urew il-vapur jiġġieled buffuri u mewġ qawwija. P&O Cruises ikkonfermat li l-inċident seħħ fil-port ta’ Palma, il-kapitali ta’ Mallorca, bi ftit passiġġieri jġarrbu ġrieħi ħfief. 

Il-kumpanija assigurat li t-tim mediku tagħha kien qed jattendi għal dawk milquta. 

Il-vapur, Britannia, jakkomoda sa 3,647 passiġġier u 1,350 membru tal-ekwipaġġ, u se jibqa’ Palma matul il-lejl b’divertiment u attivitajiet skedati.