Bħalissa għaddejja petizzjoni biex wieħed jiffirma favur il-ħarsien xieraq tal-Fosos tal-Floriana wara li dan tħalla f’abbandun sħiħ għal dawn l-aħħar snin.
Il-Kunsillier tal-PN, James Aaron Ellul qal kif pjazza San Publju u l-madwar qed jesperjenzaw inkonvenjenza u tkissir tal-patrimonju Malti. Huwa qal li l-pjazza għandha tibqa’ tilqa’ n-nies hekk kif hi tan-nies u tajjeb li jsiru attivitajiet ta’ rikreazzjoni. Madanakollu, il-mod u l-kif għandu jinbidel.
James Aaron Ellul qal li sitt snin ilu ressaq mozzjoni fil-Kunsill Lokali tal-Floriana għal assigurazzjoni tal-pjazez tagħna bi prijorità tkun il-Fosos. Id-diskussjoni waslet biex tinħareġ aktar fil-beraħ in-nuqqas ta’ ħarsien tal-Fosos. Iżda, sitt snin wara għadu ma sar xejn, ħlief li l-Fosos qed jinkissru kompletament.
Kull min għandu għal qalbu din il-pjazza qed jintalab biex jiffirma din il-petizzjoni sabiex l-akbar pjazza tal-Maltin tkun protetta bix-xieraq. Agħfas hawnhekk biex taċċessa l-petizzjoni.



