Internazzjonali

Protesti kbar fi Tripli wara li Ministru tal-Libja iltaqgħet ma’ Ministru Iżraeljan

Protesters set fire to the Libyan parliament building after protests against the failure of the government in Tobruk, Libya July 1, 2022. REUTERS/Stringer

Il-Prim Ministru tal-Libja issospenda lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin wara li din iltaqgħet b’mod informali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iżraeljan.

Jidher li din il-laqgħa mal-Ministru Mangoush saret il-ġimgħa li għaddiet waqt li kien qed issir summit f’Ruma, u flimkien iddiskuttew il-potenzjal kbir li hemm biex iż-żewġt pajjiżi jibdew jaħdmu flimkien.

Apparti din is-sospenzjoni, l-istess Prim Ministru ordna wkoll li tinfetaħ investigazzjoni.

Kelliem għall-Iżraeljani ddeskriva din il-laqgħa mal-Ministru Libjan bħala waħda sotrika. Iżda l-Libja ma tqisx lil Iżrael bħala nazzjoni, u Tripli dejjem imbuttat il-kawża tal-Palestina. U għalhekk din il-laqgħa ġabet magħha numru ta’ protesti.

Id-dimostrazzjonijiet infirxu kemm fil-kapitali tal-Libja kif ukoll f’xi bliet oħrajn. Kaġun ta’ dan bosta toroq spiċċaw magħluqa, waqt li d-dimostranti dehru jxejru l-bandiera tal-Palestina.