Futbol Sport

Roberto Mancini jinħatar kowċ tal-Arabja Sawdija

(Ritratt: EPA)

Wara li aktar kmieni dan ix-xahar, Roberto Mancini rriżenja minn kowċ tat-tim nazzjonali Taljan, il-Ħadd filgħaxija kien ikkonfermat kowċ tat-tim nazzjonali tal-Arabja Sawdija.

Huwa se jkun qed jimla l-post vaganti li ħalla l-eks kowċ Franċiż Hervé Renard, li wara t-Tazza tad-Dinja tal-Qatar inħatar kowċ tat-tim nazzjonali Franċiż tan-Nisa u li wasal sal-kwarti tal-Finali tat-Tazza tad-Dinja li ntrebħet minn Spanja.

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li Mancini ffirma kuntratt ta’ erba’ snin mas-Sawdi u li se jkun qed jaqla’ madwar €25m miljun fis-sena.

Din il-ħatra ssegwi r-rivoluzzjoni li sar dan is-sajf fil-futbol tal-Arabja Sawdija fejn numru ta’ plejers ta’ isem marru jilagħbu fil-kampjonat tal-pajjiż, ismijiet bħal Cristiano Ronaldo, Karim Benzema, Sadio Mane, Roberto Firmino u oħrajn.