Lokali

Titjiriet minn u lejn ir-Renju Unit b’dewmien jew ikkanċellati wara ħsara fis-sistemi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

Numru ta’ titjiriet li kienu skedati li jaslu jew jitilqu lejn ir-Renju Unit minn Malta qed jesperjenzaw dewmien ta’ sigħat sħaħ u kapaċi jitħassru wara ħsara li affetwat lis-sistemi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru fir-Renju Unit.

Bħalissa, l-inġiniera qed jaħdmu biex isibu u jirranġaw il-ħsara li hemm. Fid-dawl ta’ dan, minkejja li it-traffiku tal-ajru mhux magħluq, qed ikun restritt għas-sigurtà tal-passiġġiera.

Arrivals
LS 1519London-Stansted19:10Delayed
EZY 8763London-Gatwick19:40Cancelled
FR 4208London-Stansted20:20Delayed
Departures
KM 102London-Heathrow17:00Delayed
LS 1520London-Stansted19:55Delayed
EZY 8764London-Gatwick20:25Cancelled