Lokali

Żewġ anzjani u sewwieq ta’ mutur isofru minn xi ġrieħi wara li ttajru minn mutur fin-Naxxar

Żewġ anzjani ta’ 70 u 68 sena, it-tnejn residenti n-Naxxar qed isofru minn xi ġrieħi wara li ttajru minn mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 20 sena, ukoll residenti n-Naxxar.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq tal-Balal, in-Naxxar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel u mara ntlaqtu minn mutur Over Brera125 misjuqa miż-żagħżugħ.

Il-persuni kollha ngħataw l-għajnuna minnufih minn tim mediku u ttieħdu l-isptar b’ambulanzi. Aktar tard l-anzjan ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq tal-mutur u l-mara ta’ 68 sena sofrew minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.