Daniil Medvedev u Alexander Zverev avvanzaw għat-tieni round tal-Open tal-Istati Uniti wara li għelbu lil Attila Balazs u lil Aleksandar Vukic rispettivament.
Medvedev għeleb lil Balazs 6-1 6-1 6-0 f’inqas minn 74 minuta fejn stqarr li minkejja din ir-rebħa dominanti, l-attenzjoni xorta waħda qegħda fuq Novak Djokovic u Carlos Alcaraz. Fir-rawnd li jmiss hu se jkun qed jilgħab kontra Max Purcell u Christopher O’Connell.
Alexander Zverev minn naħa tiegħu għeleb lil Aleksandar Vukic 6-4 6-4 6-4 filwaqt li t-Taljan Matteo Berrettini għeleb lil Ugo Humber 6-4 6-2 6-2. Fir-ranwd li jmiss, Berrettini se jkun qed jilgħab kontra Arthur Rinderknech.
//= $special ?>