Futbol Sport

UEFA Champions League: Galatasaray, Braga u Young Boys fil-fażi tal-gruppi

(Ritratt: EPA)

Fit-tieni leg tal-play-offs tal-UEFA Champions League, Galatasaray għamluwha għall-fażi tal-gruppi meta għelbu lil Molde 2-1 u 5-3 bl-aggregate. Mauro Icardi poġġa lit-Torok fil-vantaġġ filwaqt li Erik Hestad ġab id-draw għal Molde. Fl-aħħar ħinijiet kien Angelino li aċċerta minn rebħa għal Galatasaray.

Braga kisbu rebħa minima ta’ 1-0 barra minn darhom għand Panathinaikos u b’hekk kwalifikaw b’aggregate ta’ 3-1. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal permezz ta’ Bruma fit-83 minuta.

Young Boys kisbu rebħa importanti fit-tieni leg li fissret kwalifikazzjoni ta’ 3-0 kontra Maccabi Haifa. Il-gowls waslu permezz ta’ Cedric Itten, awto-gowl ta’ Abdoulaye Seck u Filip Ugrinic.