Mossa ġdida dan hekk kif wara li n-nies ilmentaw dwar intejjen fi djarhom kaġun tal-iskart organiku l-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Richard Bilocca qal lin-nies biex jibdew jiffriżaw il-borża tal-iskart organiku.
Intqal li l-iskart organiku jinġabar tlett darbiet fil-ġimgħa filwaqt li l-borża s-sewda tinġabar darbtejn fil-ġimgħa iżda li wieħed jarmi l-iskart organiku fil-borża s-sewda mhuwiex soluzzjoni. Pero minflok il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv – li hija entita tal-Gvern – issuġġerixxa biex in-nies jiffriżaw il-borża tal-iskart organiku.
Intant, diversi Sindki matul l-aħħar ġimgħat tkellmu dwar il-problema inkontrollabbli tal-iskart f’diversi lokalitajiet madwar pajjiżna. Bis-Sindki jisħqu li l-iskart għandu jinġabar aktar frekwenti filwaqt li jkun hawn aktar infurzar.
//= $special ?>