Il-Qorti Għolja fil-Pakistan issospendiet is-sentenza ta’ tliet snin ħabs għall-eks Prim Ministru Pakistani Imran Khan li kien spiċċa kundannat dwar korruzzjoni. Madankollu mhux ċar jekk Khan għandux jinħeles mill-ħabs f’sitwazzjoni li qed tidher pjuttost inċerta.
Filwaqt li l-Qorti Għolja permettiet biex Khan jippreżenta pledge għal-libertà proviżorja sakemm jinstama’ l-appell tiegħu kontra l-kundanna, qorti oħra fil-Pakistan insistiet biex l-eks Prim Ministru jinżamm taħt arrest sa għada, l-Erbgħa, b’konnessjoni ma’ każ separat.
L-avukati ta’ Imran Khan qalu li tressqu ‘il fuq minn 100 akkuża kontra tiegħu mindu tneħħa mill-poter, is-sena l-oħra. L-akkużi fost oħrajn jinvolvu leaks ta’ sigrieti tal-Istat u fost akkużi oħra li Khan kien l-instigatur ta’ diversi protesti vjolenti.
Filwaqt li ħarġu diversi mandati ta’ arrest b’konnessjoni mal-akkużi, l-eks Prim Ministru Pakistani għadhu jinsisti dwar l-innoċenza tiegħu fost l-istqarrijiet li l-akkużi ghuma bażati fuq motivazzjoni politika.
//= $special ?>

