Lokali

Il-PN se jibqa’ jitkellem favur it-trasparenza u favur il-ħarsien tal-ħaddiema Maltin

Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem u jirsisiti sabiex toħroġ il-verità kollha u jsir skrutinju serju dwar kif qed jintnefqu l-fondi pubbliċi.

Kien dan il-qofol tal-messaġġ li wasslu d-Deputat Nazzjonalsita u Chairman tal-PAC Darren Carabott flimkienn mal-Kelliem għall-Wirt Nazzjonai l-Arti u l-Kultura Julie Zahra f’konferenza tal-aħbarijiet li saret it-Tlierta filgħodu dwar  in-nefqa li saret mill-Kummssjoni Maltija tal-Filma matul dawn l-aħħar ħames snin.

Darren Carabott fakkar kif il-ġimgħa li għaddiet il-Partit Nazzjonalista talab lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika biex minnufih tinfetaħ investigazzjoni b’rabta mal-infiq ta’ 137 miljun ewro li sar minn din il-Kummissjoni.

Miċ-ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-iState Aid, jirriżulta li l-Kummissjoni Maltija tal-Films ħallset, jew obbligat ruħha li tħallas, l-ammont globali ta’ aktar minn €143 miljun minn fondi pubbliċi f’ħames snin favur diversi kumpaniji privati; għalkemm €137 miljun intefqu fuq benefiċċjarji barranin.

1️⃣ Għal 3 snin, mill-Budget, il-Kummissjoni tal-Films ħadet €37.5 miljun 𝗯’𝗸𝗼𝗹𝗹𝗼𝘅

2️⃣ Imma f’5 snin, il-Kummissjoni nefqet €143 miljun 𝗳𝗶 𝘀𝗸𝗲𝗺𝗮 𝘄𝗮𝗵𝗱𝗮 𝗯𝗶𝘀𝘀

3️⃣ Imbagħad minn €143 miljun, intefqu €137 miljun f’kumpaniji barranin u €6 miljuni f’dawk Maltin

Fit-talba tiegħu lill-Awditur Ġenerali, il-Partit Nazzjonalista talab biex fost l-oħrajn ikun stabbilit jekk il-Malta Film Commission użatx id-diliġenza u l-governanza tajba fl-infieq tal-flus tagħha. Talab ukoll sabiex ikun magħruf jekk il-Ministru jew Ministri resonsabbli jew saħansitra membri tal-Kabinett  għamlux skrutinju tajjeb dwar fejn marru dawn il-flus kollha.  Apparti dan, issir investigazzjoni jekk kien hemmx skrutinju fuq id-dokumenti mitluba biex jivverifika jekk in-nefqa hux vera qed issir u kif sar il-proċess tal-infieq.  

Min-naħa tagħha d-Deputat Nazzjonalista Julie Zahra qalet li bejn l-2018 u l-2023, parti sostazjali min-nefqa tal-Malta Film Commission marret għall-kumpanijia barranin li jiġu f’pajjiżna. B’dubju kbir dwar kemm qed ikunu inċentivati produtturi tal-films Maltin.

Hija qalet li pajjiżna qed jispiċċa jħallas miljuni ta’ ewro… miljuni li ħerġin mit-taxxi ta’ pajjiżna u ħadd ma jaf jekk hux qed jagħmlu tajjeb għall-ekonomija ta’  Malta. B’Julie Zahra tfakkar li bħalissa pajjiżna għandu 9 biljun ewro f’dejn.

Quddiem dan kollu l-Partit Nazzjonalista mhux qed imaqdar is-sistema tal-cash rebate però wieħed irid jara li dawn il-flus ma jingħatawx biss lil kumpaniji barranin.

Julie Zahra saħqet li l-Partit Nazzjonalista dejjem tkellem davur it-trasparenza u favur il-ħarsien tal-ħaddiema fosthom ta’ dawk li jaħdmu f’din l-industrija tant importanti għal pajjiżna.