Lokali Qorti

It-tliet persuni arrestati b’rabta ma’ serqa f’ħanut iż-Żurrieq se jitressqu l-Qorti aktar tard illum

Ritratt: Martin Agius

It-tliet persuni li kienu arrestati b’rabta mas-serqa li seħħet il-Ġimgħa filgħaxija f’ħanut fiż-Żurrieq
u li fiha ferew b’mod serju raġel ta’ 67 sena se jitressqu l-Qorti illum għall-ħabta tal-5:00.

It-tliet persuni arrestati huwa żewġt irġiel ta’ 37 sena u 26 sena kif ukoll mara ta’ 29 sena.

Huma se jidhru quddem il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo.