Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ingħata bidu għal Kampjonat Nazzjonali tal-Futbol tan-Nisa Assikura.
Fis-Centenary Stadium, Birkirkara, immexxija minn Jose’ Borg, rebbieħa tal-aħħar Kampjonat għal ħdax-il darba fl-istorja tal-klabb ftit tħabtu biex għelbu lil Lija Athletics bl-iskor kbir ta’ 11-0.
Il-gowls għal Birkirkara kienu skorjati tlieta minn Raina Giusti, tlieta minn Marta Grosso, tnejn minn Alishia Sultana filwaqt li l-plejer mill-Urugwaj Garcia, Anne Marie Sain u Veronique Mifsud skorjaw gowl kull wieħed.
Mġarr United, immexxija minn Michael Mangion għelbu lil San Ġwann 2-1. Kien fl-aħħar fażi tal-partita li Mġarr skorjaw darbtejn permezz ta’ Kelly Agius Pace u Abigail Camilleri filwaqt li għal San Ġwann naqqset l-iskor il-plejer mis-Serbja Andela Kricak.
Fil-partiti l-oħra Hibernians għelbu lil Valletta 3-0 filwaqt li Swieqi United kisbu rebħa kbira ta’ 7-1 kontra Mtarfa.
//= $special ?>