Wara waqfa qasira għas-sajf, is-sewwieqa Maltin reġgħu lura għall-iskeda regolari tagħhom. F’Sarno, l-Italja, is-Sibt, 26 u l-Ħadd, 27 ta’ Settembru, żewġ sewwieqa ta’ CRG Karting Racing, Benjamin Piscopo u Dario Mifsud, ipparteċipa fir-raba’ rawnd tal-Kampjonat Taljan ACI Karting.
Ħames uffiċjali Maltin flimkien ma’ Adrian Figallo u Ruben Hili segwew lid-direttur tat-tiġrija tal-ACI Alessandro Ferrari. Mandy Micallef u Francesca Vella segwew l-amministrazzjoni u l-proċessi kollha tat-tmexxija. Il-Viċi President tal-Malta Motorsport Federation William England kien ukoll fl-Italja mat-tim ta’ uffiċjali biex jagħmel reviżjoni sħiħa tal-proċessi biex hekk jiġu aġġornati l-prattiċi lokali f’konformità ma’ dawk ta barra.
//= $special ?>