Sport Sport Ieħor

Kurt Farrugia mimli kuraġġ u determinazzjoni għall-futur

Il-para atleta Kurt Farrugia jinsab determinat u mimli kuraġġ għall-futur minkejja li fil-jiem li ġejjin se jkun operat f’saqajh fejn għal xi żmien se jkun nieqes mit-taħriġ.

Farrugia jitħarreġ fl-isport tal-qdif ma’ Siġġiewi Rowing Club, fejn fit-8 ta’ Settembru kien se jkun fost il-qaddiefa tal-klabb fir-Regatta ta’ Jum il-Vittorja.

Fl-aħħar xhur, hu attenda wkoll kap ta’ taħriġ f’Varese fl-Italja fejn kompla jitħarreġ f’dan l-isport fejn hemmhekk ikkompeta fir-regatta internazzjonali li ssir kull sena f’Gavirate fejn f’din il-kompetizzjoni jieħdu sehem para qaddiefa minn madwar id-dinja kollha.

Wieħed mill-isponsors ewlenin tal-klabb fl-aħħar jiem irikonoxxa l-impenn u d-determinazzjoni ta’ Farrugia u ngħata l-unur tal-aktar atleta ta’ ispirazzjoni għall-2023.