Nar qalil ħakem diversi għelieqi fuq l-għolja bejn Marsalforn u x-Xagħra f’Għawdex tard it-Tnejn filgħaxija. Il-fjammi bdew għall-ħabta tad-9pm u malajr infirxu, fejn kienu mgħejjuna minn riħ qawwi. Dawn infirxu f’numru ta’ għelieqi tal-madwar.
It-triq ta’ bejn ix-Xagħra u Marsalforn spiċċat ukoll magħluqa għat-traffiku minħabba dawn in-nirien. Fuq il-post kien hemm il-preżenza ta’ għadd ta’ Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili li kienu qed jippruvaw jikkontrollaw in-nirien. Ħadd ma weġġa’.
//= $special ?>