Sport Sport Ieħor

Sebastian Coe ma jibdilx fehmtu dwar il-parteċipazzjoni tal-atleti Russi

(Ritratt: EPA)

Fi tmiem il-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li saru f’Budapest il-President ta’ World Athletics Sebastian Coe qal li mhux se jkun qed ibiddel il-fehmiet tiegħu rigward ir-ritorn tar-Russja fi ħdan l-atletika
internazzjonali.

L-atleti Russi u tal-Belarus kollha ġew ipprojbiti mill-kompetizzjoni b’mod indefinit wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fi Frar 2022.

Dan jinkludi l-għażla li jikkompetu bħala newtrali. Federazzjonijiet internazzjonali qed jieħdu pożizzjonijiet li jvarjaw bil-bosta biex jagħtu dritt lill-atleti Russi u Belarussi li jikkompetu f’mument meta għada għaddejja l-gwerra.

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali għad irid jieħu deċiżjoni dwar jekk ir-Russja tikkompetix fl-Olimpjadi ta’ Pariġi fl-2024 minkejja li osservaturi kkummentaw li l-KOI huwa lest li jerġa jaccetta atleti
Russi.

Din il-pożizzjoni rċeviet kritika mħallta mill-federazzjonijiet, b’Sebastian Coe għal World Athletics fost l-aktar avversarji stretti kontra ritorn tagħhom jekk il-kunflitt ikompli.

Coe, ikkonferma li World Athletics ħolqot fond ta’ welfare, li jfisser li l-atleti Ukreni jistgħu jitħarrġu lil hinn minn art twelidhom f’kampijiet ta’ taħriġ fit-Turkija, il-Portugall u l-Italja. Huwa temm li “Hija sitwazzjoni intollerabbli u għalhekk mhux se nbiddel il-fehmiet tiegħi dalwaqt. “