Cagliari 0-2 Inter
Inter kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva tal-istaġun meta għelbu lil Cagliari f’Sardinja grazzi għal
żewġ gowls skorjati fl-ewwel taqsima.
Bis-saħħa ta’ din ir-rebħa, it-tim immexxi minn Simone Inzaghi żamm il-pass maċ-champions Napoli u mal-ġirien Milan li wkoll rebħu l-ewwel żewġ logħbiet tagħhom s’issa f’dan l-istaġun.
Kien Dumfries li fetaħ l-iskor fil-21 minuta fuq azzjoni ta’ Thuram u disa’ minuti wara wasal it-tieni gowl ta’ Inter, skorjat minn Lautaro Martinez wara pass ta’ Dimarco.
Salernitana 1-1 Udinese
F’logħba oħra li ntlagħbet it-Tnejn filgħaxija, draw ta’ 1-1 bejn Salernitana u Udinese
Ebda gowl matul l-ewwel taqsima biex fis-57 minuta Udinese marru fil-vantaġġ permezz ta’ Lazar Samardzic li minn azzjoni ta’ Lorenzo Lucca għeleb lil Guillermo Ochoa.
Gowl li wassal reazzjoni immedjata minn Salernitana li kisbu l-gowl tad-draw fit-72 minuta wara li minn azzjoni ta’ Antonio Candreva kien Boulaye Dia li għeleb lil Marco Silvestri għal 1 -1. Riżultat li biħ intemmet ukoll il-partita.
