Fil-Carabao Cup tasal l-ewwel sorpriża meta Tottenham kienu eliminati wara l-għoti tal-penalties. Bil-partita tintemm fi draw ta’ 1-1, bil-gowl ta’ Fulham ikun skorjat permezz ta’ awto-gowl ta’ Micky Van de Ven filwaqt li Richarlison ġab id-draw għal Tottenham, il-partita marret għall-penalties fejn kienu Fulham li ħarġu rebbieħa 5-3.
Brentford avvanzaw ukoll wara li rebħu 3-0 bil-penalties kontra Newport wara li l-partita ntemmet 1-1. Mathias Jensen skorja għal Brentford filwaqt li Kiban Rai skorja għal Newport.
Wolves eliminaw lil Blackpool bl-iskor kbir ta’ 5-0. Il-gowls għal Wolves waslu mingħand Sasa Kalajdzic, Fabio Silva, doppjetta ta’ Matt Doherty u gowl ieħor ta’ Nathan Fraser.
Bournemouth kellhom jitħabtu biex għelbu lil Swansea 3-2. Swansea fil-vantaġġ permezz ta’ Matt Grimes. David Brooks u Traore dawru l-iskor parzjalment favur Bournemouth qabel ma’ Jamie Paterson għamel l-iskor indaqs. Fil-ħin miżjud kien Ryan Christie li aċċerta minn rebħa għat-tim mill-Premier League.
Crystal Palace rkupraw minn żvantaġġ ta’ 2-0 biex għelbu lil Plymouth Argyle 4-2. Il-gowls ta’ Palace kienu skorjati minn Odsonne Edouard u hat-trick ta’ Jean-Philippe Mateta.
//= $special ?>