Lokali

Żagħżugħ ferut gravi wara inċident f’Birżebbuġa

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara ħabta li seħħet fis-7:15am fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ inċident bejn karozza Toyota Corsa misjuqa minn mara ta’ 42 sena u mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 25 sena, li sofra xi ġrieħi. Iż-żewġ persuni huma residenti Ħal Qormi.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.