Stewart Said
MARSAXLOKK BROWN’S……….. 8
BIRŻEBBUĠA FREEPORT……….. 13
(4-5), (1-2), (2-4), (1-2)
Birżebbuġa Freeport huma ċ-champions il-ġodda tal-Ewwel Diviżjoni għall-ewwel darba mill-1996. Fit-tieni finali minn possibbiltà ta’ tliet, għelbu lil Marsaxlokk Brown’s Pharma u kkonfermaw li kienu l-aqwa tim fid-diviżjoni tul is-sajf.
Din kienet ir-raba’ rebħa minn ħamsa kontra Marsaxlokk f’dan is-sajf wara rebħiet ta’ 16-15, 23-7, 9-6 u proprju 13-8. L-unika rebħa miksuba minn Marsaxlokk fissret ir-rebħ tan-knock-out.
Ix-Xlukkajri marru darbtejn fil-vantaġġ fl-ewwel sessjoni iżda l-ewwel Darko Brguljan imbagħad Giuseppe Mannino wieġbu fiż-żewġ okkażjonijiet. Wara kien imiss lil Birżebbuġa li wieġbu darbtejn wara gowls ta’ Marsaxlokk sakemm Keith Tanti ħalla lil Birżebbuġa 5-4 minn fuq.
Minn dak il-ħin, Birżebbuġa qatt ma tilfu l-vantaġġ u bdew jikkonsolidawh gradwalment. Fit-tieni sessjoni Malcolm Manara għamilhom 6-4, Luigi Mallia naqqas id-distakk sakemm Brguljan reġa’ rdoppja l-vantaġġ.
Birżebbuġa nqatgħu minn mal-avversarji fit-tielet sessjoni b’żewġ gowls ta’ Brguljan u Jacob Sciberras li kabbru l-vantaġġ għal 10-6. Huma żammew il-vantaġġ ta’ erba’ gowls sal-bidu tal-aħħar sessjoni u wara li Alistair Cook naqqas id-distakk, Birżebbuġa ssiġillaw ir-rebħa lejn it-tmiem, b’gowls tal-veteran David Cutajar u Peter Borg.
Fi tmiem il-logħba, il-captain ta’ Birżebbuġa David Cutajar ġie ppreżentat it-trofew mill-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta Joe Agius fil-preżenza tal-President tal-ASA Karl Izzo.
Marsaxlokk: M. Farrugia, B. Zammit, M. Farrugia, G. Gatt, J. Valletta (1), M. Zammit (3), M. Aquilina, R. Galea, S. Misic, A. Cook (3), L. Mallia (1), S. Mifsud
Birżebbuġa: M. Sladden, P. Borg (1), N. Cassar, B. Grech, D. Brguljan (3), M. Manara (2), S. Bezzina, D. Cutajar (1), B. Erdelyi (3), K. Tanti (1), G. Mannino (1), M. Curmi, C.D. Borg, J. Sciberras (1), D. Farrugia
Referees: Luca Bianco, Massimo Angileri
//= $special ?>