Ambjent Lokali

“Falliment ieħor tal-Gvern”

Jekk Il-Gvern ta’ Robert Abela jrid jindirizza l-problema tal-inkonvenjenzi mill-iskart u r-riperkussjonijiet li jġib miegħu għandu jara li jkun hawn iktar kollezzjonijiet u mhux jissuġġerixxi li niffriżaw l-iskart.

Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’post fuq il-media soċjali, fejn sejjaħ bħala surreali u indikazzjoni li maqtugħ mir-realtà l-fatt li l-Gvern qed jitlob lin-nies jiffriża l-iskart minflok ma jagħti s-soluzzjonijiet xierqa.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan hu riżultat ta’ falliment ieħor tal-Gvern. Min-naħa l-oħra, minflok inkonvenjenzi, sofferenzi u tbatijiet, int jixraqlek aħjar. Jixraqlek Gvern li jieħdok bis-serjetà u li jiggarantilek ħajja aħjar f’pajjiżna.