Il-Gvern imexxi minn Robert Abela, permezz tal-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Richard Bilocca, qed jgħid lin-nies biex jiffirżaw iż-żibel.
Din hija l-kontroversja l-ġdida, u l-aktar waħda riċenti ta’ dan is-sajf – sajf illi bla dubju Robert Abela se jibqa’ jiftakru sew minħabba fjask wara l-ieħor li affaċja l-Gvern tiegħu.
Issa…wara li ftit ilu qalilna biex nitfu l-air conditioners minħabba l-qtugħ tad-dawl…il-Gvern spiċċa jgħid lin-nies biex ipoġġu l-borża tal-iskart organiku fil-freezer.
Dan il-kumment intqal mill-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv waqt intervent fil-programm Xtra Sajf, fuq il-PBS – kumment li l-Ministru Miriam Dalli, li hi direttament responsabbli minn dan is-settur, provat tinjorah kompletament.
Wara konferenza tal-abarijiet imsejjħa minn Miriam Dalli stess, Net News staqsa lill-Ministru kif din is-sistema tal-iffrizar taż-żibel tista’ taħdem u jekk ġietx approvata mill-awtoritajiet tas-saħħa. Bil-Ministru Dalli minflok twieġeb għad-domandi…. kompliet bir-retorika politika tagħha, biex taħrab milli tirrispondi.
Miriam Dalli tant ħassitha skomda twieġeb dwar din il-kwistjoni tal-iffriżar taż-żibel li saħansittra spiċċat tinjora anke d-domandi ta’ kmamar oħra tal-aħbarijiet oħrajn.
Il-kriżi tal-iskart eskalat sew matul dan is-sajf.
Iżda la Miriam Dalli, u wisq anqas il-Prim Ministru Robert Abela, ma offrew ebda soluzzjonijiet għar-residenti li qed jiġu affetwati. Partikolarment dawk il-lokalitajiet fejn il-ġbir tal-iskart falla kompletament.
L-uniku soluzzjoni tal-Gvern kiener biss…li n-nies ipoġġu l-borża tal-iskart organiku fil-freezer tagħhom.
//= $special ?>