Jomic Calleja Maatouk tpoġġa’ fuq il-lista tal-aktar persuni imfittxija madwar l-Ewropa wara li ftit tal-jiem ilu kien irnexxielu jaħrab minn pajjiżna. Dan meta hu kien barra bil-libertà proviżorja; għalkemm s’issa għadu mhux ċar kif hu irnexxielu xorta jaħrab minn pajjiżna.
Dwar dan, kien hemm skiet totali minn naħa tal-Gvern. Biex issa, il-Malti tpoġġa’ mill-Europol fil-lista tal-kriminali meqjusa ‘most wanted’.
Calleja Matouk huwa l-istess persuna li allegatament ipprova jdaħħal f’pajjiżna xi splussiv u li kien ukoll jixtri il-valenu mid-darkweb. Huwa wkoll l-istess persuna li nqabad iġorr arma tan-nar mingħajr liċenzja waqt li kien qed jiġbed filmat huwa u jsuq.
L-akkużat ta’ 36 sena kien instab ħati f’Lulju li għadda tant li weħel ħames snin ħabs, iżda ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq numru ta’ kundizzjonijiet wara li appella għas-sentenza li ngħata.
Għal jiem sħaħ, Jomic Calleja kien naqas milli jiffirma fl-għassa tal-Pulizija; li kienet waħda mill-kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest.
Skont rapporti li qatt ma ġew miċħuda, Jomic u l-mara tiegħu jinsabu maħruba fis-Serbja. Iżda l-Pulizija għadha ma kkonfermat xejn dwar dan il-każ.
//= $special ?>