Hekk kif ninsabu biss sigħat il’bogħod mit-tmiem tas-suq tat-trasferimenti, jidher li Manchester City se jkunu qed iwettqu akkwist ieħor importanti din id-darba mingħand Wolves meta laħqu ftehim għall-winger Matheus Nunes.
City jidher li laħqu ftehim verbali għas-somma ta’ £47.3 miljun. Fl-aħħar jiem Nunes irrifjuta li jitħarreġ ma’ Wolves wara li l-klabb rrifjuta l-ewwel offerta ta’ Manchester City. Jidher li flok Nunes, Wolves diġa akkwistaw lil Tommy Doyle mingħand City stess.
Intant Chelsea jidher li se jkomplu jakkwistaw aktar plejers hekk kif fl-aħħar ħinijiet laħqu ftehim ma’ Manchester City għall-akkwist tal-attakkant ta’ 21 sena Cole Palmer. Palmer fl-aħħar partiti kien protagonista għal Manchester City hekk kif skorja kemm fil-finali tal-Community Shield kif ukoll fil-finali tal-UEFA Super Cup.
F’waħda mill-konferenzi stampa, Guardiola, wera x-xewqa li jżomm lil Palmer iżda fl-istess waqt stqarr li jekk il-player jiddeċiedi li jħalli lill-klabb dan se jkun mibjugħ u mhux mibgħut b’self.
Is-somma rrapurtata għat-trasferiment ta’ Palmer taqbez il-£45 miljun, bil-plejer mistenni jasal Londra llum biex jagħmel it-testijiet mediċi u jsir plejer ġdid tal-Blues.
//= $special ?>