Internazzjonali

Raid ta’ missili fuq il-kapitali Ukrena

Matul il-lejl, il-kapitali Ukrena Kiev intlaqtet minn baraxx ta’ missili li ġew sparati mill-armata Russa. Dan wara li sitt reġjuni Russi ġew attakkati mill-Ukreni.

L-awtoritajiet ta’ Kiev saħqu li kważi ġew meqruda 44 drone Russu qabel ma laħqu l-mira tagħhom. Dan l-attakk huwa meqjus bħala l-iktar attakk b’saħħtu mir-rebbiegħa ‘l hawn.

Żewg aġenti tas-sigurta ġew maqtula fi Kiev. Għalkemm s’issa m’hemmx rapporti ta’ ħsara sinifikanti.

Minn naħa l-oħra fir-Russja wkoll kien hemm attakki minn drones imma għad ma kienx hemm kummenti minn naħa tal-awtoritajiet rigward dawn l-attakki.

Intant ir-Russja qed tgħid illi attakkat bastiment Ukren fil-Baħar l-Iswed fejn ġew maqtula numru ta’ suldati.