Futbol Sport

Rangers eliminati…..illum il-poloz tal-gruppi tal-UEFA Champions League

(Ritratt: EPA)

Fl-aħħar tliet partiti mill-fażi tal-play-offs tal-UEFA Champions League, spikkat l-eliminazzjoni ta’ Rangers wara li fit-tieni leg kienu megħluba minn PSV 5-1, bl-iskor fuq iż-żewġ partiti jkun dak ta’ 7-3. Bidu mill-aqwa għal PSV hekk kif fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls sa nofs l-ewwel taqsima permezz ta’ doppjetta ta’ Ismael Saibari. James Tavernier naqqas l-iskor għal Rangers iżda tliet gowls oħra minn Luuk De Jong, Joey Veerman u awto-gowl ta’ Connor Goldson aċċertaw minn kwalifikazzjoni għal PSV.

Copenhagen ukoll avvanzaw għall-fażi tal-gruppi meta temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Rakow Czestochowa iżda kwalifikaw b’aggregate ta’ 2-1. Denis Vavro poġġa lid-Daniżi fil-vantaġġ qabel ma’ Lukasz Zwolinski ġab id-draw għal Czestochowa.

Royal Antwerp ukoll kwalifikaw meta fit-tieni leg għelbu lil AEK Athens 2-1 biex b’hekk kwalifikaw b’aggregate ta’ 3-1. Kien Gyrano Kerk li poġġa lil Antwerp fil-vantaġġ biex Sergio Araujo ġab l-iskor indaqs fid-90 minuta qabel ma’ Michel-Ange Balikwisha skorja l-gowl tar-rebħa għal Antwerp fil-95 minuta.

Intant illum fis-6.00pm f’Nyon stennija għall-poloz tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League