Tliet irġiel ngħataw sentenza sospiża f’każijiet separati fuq qerq li wettqu fil-konfront tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Huma ġew ukoll ordnati jħallsu lura ftit aktar minn €60,000 fi flus b’qerq li ħadu u li ma kellhomx jedd għalihom. Huma kollha ġew ikkundannati sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin mill-Maġistrat Rachel Montebello.
Joseph Camilleri ta’ 44 sena mir-Rabat ġie kkundannat wara li ammetta li wettaq frodi bejn Jannar 2020 u Ġunju 2023 għamel qliegħ b’qerq għad-dannu tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, liema qliegħ jammonta għal €21,035.90ċ.
Clyde Aquilina t’ 45 sena minn Ħal Luqa ammetta li wettaq dawn ir-reati bejn Ottubru 2019 u April 2023 bis-somma fil-konfront tiegħu tkun ta’ €19,753.75 kif l-istess għamel Vincent Farrugia ta’ 50 sena minn Raħal Ġdid, bis-somma mqarrqa tkun ta’ €20,762.29. fil-perjodu ta’ bejn Settembru 2019 u Mejju 2023
Huma ammettw li ffalsifikaw ċedola, polza, ordni jew dokumenti ohra, illi meta jiġu preżentati
wieħed jista’ jirċievi bihom ħlas, jew kunsinna ta’ oggetti jew jiġbor depożitu minn uffiċju pubbliku, maghruf b’xi att pubbliku tal-Gvern.
Ammettew ukoll li sabiex jiksbu vantaġġ jew benefiċċju għalihom infushom jew għal ħaddiehor, f’xi dokument maħsub għal xi awtorità pubblika, xjentament għamlu dikjarazzjoni jew stqarrija falza, jew taw tagħrif falz.
Kif ukoll wkoll li għamlu qligħ ta’ aktar minn €5,000 bi ħsara tad-Dipartiment tas-Sigurta Socjali, il-Gvern ta’ Malta u li kienu fil pussess ta’ jew taħt il-kontroll xi oggetti ghal użu fit-twettiq jew f’konnessjoni ma xi frodi.
Il-Qorti wissiet lill-imputati dwar il-konsegwenzi legali tal-ammissjoni tagħhom, u wara illi kkonċedietilhom ħin biex jirrikonsidraw din id-dikjarazzjoni ta’ ħtija u sabiex jerġgħu jikkonsultaw mad-difensuri tagħhom, kif ukoll wara li spjegatilhom in-natura u s-serjetà tar-reati li jinsabu mixlija bihom u l-piena erogabbli, u semgħet lill-imputati jikkonfermaw l-ammissjoni tal-ħtija tagħhom.
Il_Qorti wara li rat l-atti kollha tal-proceduri, semgħet lill-partijiet jiddikjaraw illi l-ammont meħud mill-imputati huwa dak imsemmi. Semgħet ukoll lid-difiża tiddikjara illi sal-lum l-imputati ħallsu lura parti mis-somma u li huma lesti li jkomplu jħallsu l-flus dovuti.
Wara li wkoll semghet is-sottomissjonijiet tal-partijiet dwar il-piena u semgħet lill-Prosekuzzjoni tiddikjara li m’hijiex qiegħda tinsisti li tingħata piena karċerarja effettiva, kkunsidrat li fuq l-ammissjoni volontarja u inkondizzjonata tal-imputati, fil-preżenza tal-Avukat difensur tagħhom, il-Qorti m’ghandhiex triq ohra ħlief li ssib lill-imputati ħatja tal-imputazzjonijiet kollha miġjuba fil-konfront tagħhom.
Ghall-finijiet tal-piena, il-Qorti kkunsidrat diversi fatturi, fosthom il-gravità tar-reati li nstabu ħatja tagħhom l-imputati u l-ammont sostanzjali li nkisbu mill-imputati b’riżultat tal-kommissjoni ta’ dawn ir-reati. Iżda ħadet ukoll qies tal-fedina penali kompletament netta tal-imputati, kif ukoll il-fatt illi huma ammettaw il-ħtija fl-iktar stadju bikri tal-proċeduri.
Fuq kollox, il-fatt illi l-imputati iddikjaraw li huma disposti li jħallsu lura l-ammont kollu minnhom perċepit illegalment għad-detriment tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’pagamenti mensili. Il-Qorti żammet ferm ukoll li matul is-sottomissjonijiet dwar il-piena.
Il-Prosekuzzjoni ddikjarat li l-imputati kienu kkoperaw mal-Pulizija waqt l-interrogazzjoni tagħhom u assistew ħafna fl-investigazzjonijiet tagħhom. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Wayne Rodney Borg, Michael Tabone u Andy Rotin.
//= $special ?>