It-tim tan-nisa ta’ Swieqi Phoenix Volleyball club rebaħ is-27 Edizzjoni tal-kompetizzjoni prestiġġjuża tal-volleyball, Tazza Eotvos.
Kompetizzjoni miftuħa għall-plejers imwieldha fl-2002 jew wara flimkien ma’ żewġ plejers imwieldha fl-2001 li fil-każ ta’ Swieqi dawn kienu Monica Zammit Munro u Tamara Kenkovski.
Kienet il-ħames partecipazzjoni għal Swieqi f’din il-kompetizzjoni fejn qabel kienu temmew fl-10 post, darbtejn fid-disa’ post u darba fil-ħames post fost 32 tim.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ħadu sehem 28 tim mill-Ungerija, Polonja, Serbja, Slovakkja, Rumanija, Finlandja u Malta.
Fil-proċess tal-kompetizzjoni, fil-fażi tal-gruppi, Swieqi Phoenix għelbu lil Deac (Ungerija), UKS San Lesko (Polonja) u SK Elba Presov (Slovakkja) kollha bl-iskor ta’ 2-0 . Fil-kwarti finali għelbu 2-1 lil Kikinda (Serbja) sabiex fis-semi finali għelbu lil Szolnok Sport Centrum tal-Ungerija bl-iskor ta’ 2-0.
Fil-finali Swieqi Phoenix għelbu lil MTK Budapest tal-Ungerija bl-iskor ta’ 2-0.
Il-kontingent Malti kien immexxi minn Leonard Zammit Munro.
//= $special ?>