Il-pulizija flimkien mal-membri tal-protezzjoni ċivili jinsabu f’ġirja kontra l-ħin. Dan wara li ħabta bejn trakk u karozza fil-bypass ta’ Birkirkara wasslet biex kellha tingħalaq parti mit-triq wara li infirex ammont ta’ diesel.
Dan l-inċident seħħ fi Triq Dun Karm.
Filwaqt illi ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident, kellhom jissejħu l-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili biex inaddfu l-periklu permezz tar-ramel. Fuq il-post isejħu wkoll uffiċjali tal-LESA.
Is-sewwieqa qed jiġu mitluba jevitaw iż-żona peress illi parti mit-triq tinsab magħluqa kompletament.
//= $special ?>