Futbol Sport

Titħabbar il-mewt ta’ Anthony Grech Sant

Fl-aħħar ħin tħabbret il-mewt ta’ Anthony Grech Sant, imprenditur lokali li mexxa’ lil Floriana bħala President f’era tad-deheb għall-klabb.

Grech Sant, li kellu 77 sena, wassal lil Floriana għar-rebħ tal-unuri lokali kollha maġġuri, fosthom il-25 Kampjonat Premier fl-1992/93.

Il-legat ta’ Anthony komplieh ukoll ibnu, hu wkoll Anthony, li fl-aħħar snin okkupa diversi karigi fil-Kumitat ta’ Floriana fosthom bħala Viċi President.

Net Sports isellem il-memorja ta’ Anthony Grech Sant, u jwassal il-kondoljanzi lill-qraba u ħbieb tiegħu. Jistrieħ fis-sliem.