Minn tal-inqas 73 persuna, fosthom tifel, inqatlu wara li nirien kbar ħakmu binja ta’ appartamenti fil-belt ta’ Johannesburg fl-Afrika t’Isfel.
Jidher li hemm ukoll numru ta’ persuni midruba f’dawn in-nirien li nferxu fl-eqqel tal-lejl. Il-biża’ hi li n-numru ta’ vittmi mistenni jiżdied hekk kif hemm bosta persuni li għadhom maqbuda ġewwa.
Skont persuni li kienu preżenti fuq il-post, f’dawn l-appartamenti hemm madwar 200 resident.
S’issa għadu mhux magħruf x’wassal biex jinfirxu dawn in-nirien.
//= $special ?>