Enerġija Lokali

8 snin wara d-deal skandaluż tal-Montenegro l-Gvern jinduna li f’Malta jagħmel ir-riħ – PN

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-politika nazzjonali għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa offshore, xi ħaġa li l-Partit Nazzjonalista kien l-ewwel li poġġa bħala pilastru ewlieni għall-pjan fit-tul għall-enerġija li kien nieda fil-bidu tal-2021.

Fi stqarrija, id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut innota li hi ħasra li l-Gvern dam daqshekk biex jibda jemmen f’dan is-settur. Huwa biss 8 snin wara li għamlu d-deal korrott tal-Montenegro li ndunaw li f’Malta wkoll jagħmel ir-riħ.

Huwa ta’ diżappunt li l-Ministru Dalli mhux lesta tagħti kelma li din l-enerġija nadifa ħa tkun qed tiġi ġġenerata sal-2030, li kienet mhux biss il-mira li kien poġġa l-Partit Nazzjonalista, imma kienet il-mira li l-Ministru stess kienet intrabtet magħha qabel l-elezzjoni tal-2022.