Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Kaden Groves jidħol fl-ewwel post fir-raba’ stadju ta’ La Vuelta

(Ritratt: EPA)

Tkompla t-Tour ta’ Spanja ‘La Vuelta’ bil-ħames prova fir-rotta bejn Morella u Burriana fuq medda ta’ 186.5 kilometri.

Fl-ewwel post, l-istess bħal fir-raba’ stadju, daħal bi sprint l-Awstraljan ta’ Alpecin, Kaden Groves f’4 sigħat 23 minuta u 43 sekonda qabel Filippo Ganna tal-Italja għal Ineos Grandiers u l-Belġjan Dries Van Gestel ta’ Total Energies, it-tnejn bl-istess ħin ta’ Groves.

Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post baqa’ l-Belġjan Remco Evenepoel ta’ Soudal Quick Step b’total ta’ 17-il siegħa 12-il minuta u 29 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ ħdax -il sekonda fuq l-Ispanjol Enric Mas ta’ Movistar Team u sbatax-il sekonda fuq il-Franciż Lenny Martinez ta’ Groupama.

Is-sitt stadju huwa fuq distanza ta’ 183.5 kilometri bejn La Vall d’Uixo’ sa Pico del Buitre.