Lokali

Fl-istess jum li fih Abela ftaħar dwar il-kwalità tal-ħajja: Jum wara l-ieħor, ix-xena ta’ nies reqdin barra fil-ġonna

Dan ir-ritratt ilu jiċċirkola mill-bieraħ filgħaxija fuq il-media soċjali – ritratt illi juri kif, kuntrarju għal dak li qed jgħid il-Labour, mhuwiex minnu li f’pajjiżna kulħadd hu sinjur żgħir.

Ir-ritratt ittieħed fi Ġnien Herbert Ganado fil-Floriana. U dan mhux każ iżolat, għaliex fl-aħħar jiem waslulna diversi rapporti ta’ persuni reqdin barra f’ġonna.

Ironikament, din ix-xena tfaċċat fil-media soċjali fl-istess jum li fih Robert Abela ftaħar dwar il-kwalità tal-ħajja f’pajjiżna.