Vettura laqtet żewġ karozzi wara li aktar kmieni skidjat wara ħabta ma’ vettura oħra. Dan seħħ waqt li kienet nieżla x-xita, b’waħda mill-karozzi tibqa’ sejra fuq żewġ vetturi li kienu ipparkjati.
Il-każ seħħ fi Triq Santa Marija f’Tas-Sliema, ftit wara s-1:30pm.
Il-Pulizija marru fil-post, kif ukoll tim mediku li wasal b’ambulanza.
Net News jista’ jikkonferma li waħda mill-karozzi laqtet raġel Taljan li kien għaddej bir-rota. Hu ittieħed l-isptar fejn qed jingħata assistenza medika.
//= $special ?>