Wara għaxar snin fit-tmexxija, il-Gvern ta’ Robert Abela induna li għandu bżonn jagħmel xi ħaġa biex pajjiżna ma jibqax jibbaża biss fuq enerġija ġejja mill-‘fossil fuels’. Dan minkejja li l-PN ilu sentejn sħaħ li preżenta politika ċara għal dan is-settur.
Il-Ħamis filgħodu, il-Ministru responsabbli mis-settur tal-enerġija, nediet proċess ta’ konsultazzjoni pubblika biex pajjiżna jkollu sorsi ta’ enerġija differenti permezz tal-użu ta’ off shore windfarms.
Bil-Ministru Miriam Dalli tgħid li pajjiżna għandu bżonn jinvesti aktar f’dan is-settur anke fid-dawl tal-isfida tat-tibdil klima.
Dak li tnieda mill-Ministru huwa biss il-bidu ta’ proċess twil sakemm pajjiżna jasal biex ikun jista’ jwettaq l-ewwel proġett tal-windfarms.
Net News staqsa lill-Ministru Miriam Dalli għaliex il-Gvern Laburista dam dawn is-snin kollha biex ħa l-ewwel pass li suppost se jwassal biex isir investiment fl-eneġija ta’ pajjiżna. Bil-Ministru stess tikkonferma li bdew jaħdmu fuq din il-policy fl-aħħar xhur.
Intant waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet, il-President taċ-Chamber of SME’s Paul Abela wera t-tħassib tiegħu dwar kemm kumpaniji żgħar se jkunu qed jingħataw l-opportunità li jkunu parti minn dan il-proġett… fejnPaul Abela stqarr illi persuni li tkellmu miegħu indikawlu li l-Gvern diġà kellu taħdidiet ma’ kumpanija internazzjonali b’rabta ma’ dan l-investiment tal-wind farm; dan meta għadu qas biss intemm il-proċess ta’ konsultazzjoni publika.
//= $special ?>