Lokali

Il-Labour irid jintaxxa l-karozzi u s-sewqan

Issa miktuba iswed fuq l-abjad – il-Partit Laburista jrid li jiġu intaxxati l-karozzi, u li jkun hemm ukoll taxxa speċifikament għas-sewqan.

Dan il-pjan kixfu l-MEP Laburista Alfred Sant, li fuq l-Independent spjega eżatt dak li jixtieq il-Labour. Aktar u aktar minħabba l-fatt li l-proġetti tat-toroq fallew, għaliex ma rnexxielhomx isolvu l-problema tat-traffiku. B’Sant jgħid li n-nies għadhom marbutin mal-karozzi.

Issa, biex il-Gvern jindirizza din is-sitwazzjoni ta’ konġestjoni kontinwa fit-toroq tagħna, il-Labour qed jipproponi din it-taxxa l-ġdida fuq il-karozzi. Għalkemm Alfred Sant insista li din l-idea taf tkun “suwiċidju politiku”.

Fil-ktiba tiegħu fl-Independent, Sant jitfa’ dawl ukoll fuq il-problema kbira marbuta mal-parkeġġ. Dan apparti il-kaos enormi li qed joħloq it-traffiku.