Lokali

Il-Ministru tammetti li hemm problema imma ma tagħti ebda soluzzjoni

Ikompli joħroġ fid-deher kemm il-Gvern ta’ Robert Abela ma jafx kif se jindirizza l-problema kbira tal-iskart, ħlief għal soluzzjoni waħda – dik li niffriżaw il-borża tal-iskart organiku.

Proposta li ħolqot baraxx ta’ kritika mill-pubbliku inġenerali hekk kif bosta ma qablux ma’ dan il-pjan tal-Gvern Laburista.

Issa, il-Ministru responsabbli mill-iskart – Miriam Dalli – spiċċat tammetti illi huwa minnu li l-problema tal-iskart teżisti f’numru ta’ lokalitajiet. Iżda ma tat ebda soluzzjoni għal din il-kriżi nazzjonali.

U għat-tieni jum konsekuttiv, il-Ministru baqgħet għaddejja bir-retorika tagħha li l-Gvern qed jattwa politika ta’ separazzjoni tal-iskart, mingħajr ma wieġbet liema se jkunu l-guidleines li wieħed għandu jimxi magħhom meta jiġi biex jiffriża l-iskart organiku.

Intant, l-istess Ministru spiċċat tiftaħar li l-Gvern żied il-ġranet ta’ meta jinġabar l-iskart organiku – għalkemm dan mhuwiex minnu, hekk kif l-iskart oragniku ilu għal żmien twil jinġabar tliet darbiet fil-ġimgħa.