Il-Federazzjoni tal-Futbol tal-Olanda ħabbret il-mewt tal-eks goalkeeper tat-tim Nazzjonali Jan Jongbloed fl-età 82 sena.
Mid-debutt fl-1958 ma’ Amsterdam, meta kien għad għandu 18-il sena kien iddebutta mat-tim Nazzjonali fl-1962 fil-partita ta’ ħbiberija kontra d-Danimarka.
Minn dakinhar dam 12-il sena barra mit-tim Nazzjonali sal-mument meta Rinus Michels, kowċ ttal-Oranje sejjaħlu għat Tazza tad-Dinja tal-1974 fil-Ġermanja.
Jongbloed għamel parti mill-aqwa tim tal-Olanda ta’ kull żmien minkejja li fi Munich l-Olanda tilfet 2-1 kontra l-Ġermanja ta’ Lvant u fl-1978 fi Buenos Aires l-Olanda tilefet 3-1 kontra l-Argentina.
Huwa jibqa’ magħruf bħala l-ewwel goalkeeper li kien joħrog jilgħab mal-bqija tal-plejers barra l-kaxxa. Jongbloed kellu record ta’ 683 minuta bla ma sofra gowl u fl-1983 sar l-ixjeħ plejer Olandiz meta lagħab ma’ Go Ahead Eagles.
