Spiċċat ċajta nazzjonali. Għalkemm fil-veritaà, l-idea li nibdew niffriżaw l-iskart organiku tfisser il-falliment ta’ sistema sħiħa.
Matul din il-ġimgħa, diversi persuni li tkellmu ma’ Net News esprimew ir-rabja tagħhom għall-fatt li l-Gvern ħalla pajjiż sħiħ fi kriżi tal-iskart… bl-unika soluzzjoni offruta minnu tkun li npoġġu l-borża tal-iskart organiku fil-freezer.
Il-problema tal-iskart qed tħalli impatt negattiv fuq pajjiżna. U l-idea li nifriżaw iż-żibel organiku qed tkun imfissra bħala proposta “redikola”.
In-nies li tkellmu ma’ dan l-istazzjon qalu li l-problema tal-iskart f’pajjiżna hija kbira immens filwaqt li appellaw sabiex l-iskart jinġabar aktar frekwenti; xi ħaġa li diġa’ kienet issir fil-passat.
//= $special ?>