Il-Ħamis waranofsinhar wasal pajjiżna l-vjolinist Olandiż ta’ fama internazzjonali André Rieu, li se jkun qed jagħti żewġ kunċerti grandjużi f’pajjiżna li se jsiru fuq il-Fosos tal-Floriana matul din tmiem il-ġimgħa … li bla dubju se jkunu milqugħa tajjeb minn eluf ta’ Maltin u Għawdxin.
Mal-wasal tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malti, Rieu ntlaqa’ minn bosta ammiraturi tiegħu li tawh merħba mill-isbaħ.
André Rieu, magħruf bħala r-Re tal-Waltz twieled fl-1 ta’ Ottubru tas-sena 1949 u kiseb fama internazzjonali bħala vjolista u surmast tal- Johann Strauss Orchestra li ġiet imwaqqfa minnu stess fl-Olanda fl-1987.
Il-Johann Strauss Orchestra immexxija minn Andre Rieu, hija magħrufa għall-Waltz – stil ta’ mużika li jinżel tajjeb ma’ nies ta’ etajiet differenti.
Apparti dan, fil-kunċerti ta’ Rieu wieħed jistenna li jara numru kbir ta’ artisti jieħu s’hemm… u xi ftit umoriżmu ma’ jonsoqx.
Net News tkellem ma’ Rieu fejn fost l-oħrajn rakkontalna minn fejn bdiet l-imħabba tiegħu għall-mużika. Ma naqasx ukoll li Rieu jagħti pariri siewja lil dawk l-artisti li jixtiequ jibdew karriera bħala mużiċisti.
B’daħka fuq wiċċu, Rieu qal li mgħandux ħsieb li jiritira mill-karriera tiegħu hekk kif stqarr li mal-mument li jieqaf mill-mużika, tispiċċa ħajtu.
Tkellimna wkoll ma’ Pierre, it-tifel ta’ André Rieu, fejn fost l-oħrajn qalilna kemm huwa ta’ unur għalih li missieru huwa persuna rinomata mad-dinja kollha.
André Rieu biegħ aktar minn 40 miljun CD jew DVD, u rebaħ aktar minn 500 Paltinum Award u 270 Gold Award taħt titli varji. Il-mużika klassika tiegħu għandha l-ogħla attendenza fid-dinja għall-mużika ta’ dan it-tip.
//= $special ?>