Lokali

Jinqata’ id-dawl…anke bix-xita!

Mhux is-sħana biss qed tikkawża qtugħ fil-provvista tal-enerġija. Dan hekk kif issa, donnu anke ix-xita qed toħloq problemi fis-sistema tad-dawl.

Net News jista’ jikkonferma li d-dawl inqata’ f’diversi zoni tan-Naxxar, il-Mellieħa, l-Imġarr u anke f’Marsaxlokk.

Kif tindika l-website tal-Enemalta, kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’numru ta’ lokalitajiet.

S’issa għadu mhux ċar x’ikkawża dan il-qtugħ.