Fil-Grimaldi Forum f’Monaco ittellgħu il-poloz tal-UEFA Champions League għall-istaġun 2023/24, fejn din se tkun l-aħħar edizzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ 24 tim f’format ta’ gruppi imbagħad knockout.
Id-diversi grupp interessanti jinkludu fost l-oħrajn partiti bejn Bayern Munich u Manchester United fi Grupp A, Napoli kontra Real Madrid fi Grupp Ċ kif ukoll Grupp F, li jinkludi fih lil PSG, Borussia Dortmund, Milan u Newcastle. F’din l-edizzjoni hemm ir-ritorn ukoll tal-clubs Ingliżi Arsenal u Newcastle li se jkunu jirritornaw għall-aqwa kompetizzjoni Ewropea wara nuqqas ta’ diversi snin.
Il-lista kompluta tal-gruppi hija din:
Grupp A: Bayern Munich, Manchester United, Copenhagen, Galatasaray
Grupp B: Sevilla, Arsenal, PSV Eindhoven, Lens
Grupp C: Napoli, Real Madrid, Braga, Union Berlin
Grupp D: Benfica, Inter, Salzburg, Real Sociedad
Grupp E: Feyenoord, Atletico Madrid, Lazio, Celtic
Grupp F: PSG, Dortmund, Milan, Newcastle
Grupp G: Man City, Leipzig, Red Star Belgrad, Young Boys
Grupp H: Barecelona, Porto, Shaktar Donetsk, Antwerp
//= $special ?>